Qorti | Jaqla' xebgħa u jispiċċa arrestat f'għeluq sninu

Birthday xejn sabiħ għal żagħżugħ ta’ 27 sena li spiċċa qala’ daqqtejn tajba u aktar tard spiċċa arrestat meta ħebb għall-pulizija li marru jgħinuh

Birthday xejn sabiħ għal żagħżugħ ta’ 27 sena li spiċċa qala’ daqqtejn tajba u aktar tard spiċċa arrestat meta ħebb għall-pulizija li marru jgħinuh.

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija f’Paceville meta ż-żagħżugħ Żvediż instab mill-pulizija mixħut fis-sakra fuq it-taraġ ta’ Paceville.

Iż-żagħżugħ, li kien għadu kemm wasal Malta kien jidher ferut u kien għalhekk li l-pulizija marru biex jgħinuh.

Iżda kien hawn li qabad jagħtihom bis-sieq u bil-ponn u kien għalhekk li ġie arrestat.

L-Ispettur Nikolai Sant ressaq liż-żagħżugħ akkużat li weġġa’ u hedded uffiċjal tal-pulizija waqt il-qadi ta’ dmiru, li kien fis-sakra fil-pubbliku, li kiser il-paċi pubblika u li ma obniex ordnijiet tal-pulizija, fost oħrajn.

Iż-żagħżugħ ma kellux idea min tah ix-xebgħa u għalfejn.

Huwa wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ngħata multa ta’ €4,000 u libertà kkundizzjonata għal sentejn.

More in Qrati u Pulizija