Qorti | Jagħfas apposta fuq il-vetturi ta' missier u iben

Raġel tressaq il-Qorti akkużat b'diversi reati fosthom li poġġa fil-periklu l-ħajja ta' missier u li hedded lill-ibnu f'ħadida

Raġel li qed ikun akkużat li poġġa l-ħajja ta’ sewwieq fil-periklu kien ordnat mill-Qorti biex iżomm il-bogħod mill-vittma sakemm il-każ ikun magħluq.

Ir-raġel li għandu 35 sena, kien akkużat li poġġa l-ħajja ta’ sewwieq fil-periklu meta bil-vettura tiegħi għafas intenzjonalment fuq il-vittma li kien qed isuq mutur fi Triq San Dwardu fil-Birgu.

Kien akkużat ukoll li ġurnata qabel għafas vettura oħra li fiha l-iben tal-vittma kien passiġġier u aktar tard heddu b’biċċa ħadida.

Dan apparti akkużi oħra, fosthom li kiser il-paċi pubbliċi, li tkellem ħażin fil-pubbliku u li kkawża biża’ lill-vittmi.

Huwa qed iwieġeb mhux ħati.

L-akkużat ingħata l-ħelsien mill-arrest u l-Qorti ordnat li l-vittmi jingħataw il-protezzjoni.

Huwa kien ordnat ukoll li jiffirma kuljum fl-għassa tal-pulizija, li jsegwi curfew u jħallas depożitu ta’ €5,000 u garanzija personali ta’ €15,000.

More in Qrati u Pulizija