Il-Fulu, iċ-Ċiniż u l-Koħħu ma jingħatawx il-ħelsien mill-arrest

Il-Maġistrat Claire Micallef Stafrace ordnat li jinsammu arrestati anke minħabba l-biża' li jwettqu reat ieħor

It-tliet irġiel akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest minkejja t-talba u l-argumenti tad-Difiża.

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ordnat li l-akkużati jinżammu arrestati minħabba l-gravità tar-reati li qed ikunu akkużati biha u anke minħabba l-biża’ li jistgħu jwettqu reat ieħor jekk jinħelsu.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, l-Avukat tad-Difiża, Martin Fenech, insista dwar il-ħelsien mill-arrest waqt li saħaq li l-każ tkabbar wisq.

Alfred Degiorgio (il-Fulu), ħuħ George Degiorgio (iċ-Ċiniż) u Vince Muscat (il-Koħħu), ġew arrestati wara rejd li sar fl-4 ta’ Diċembru li għadda. Seba’ persuni oħra kienu ġew arrestati iżda ngħataw il-ħelsien mill-arrest mill-pulizija.

It-tlieta li huma qed iwieġbu mhux ħatja li poġġew u splodew bomba fil-karozza ta’ Daphne Caruana Galizia.

More in Qrati u Pulizija