Qorti | Kisser €3,000 madum wara li ma tħallasx l-aħħar pagament

L-akkużat niżel għarkuptejh quddiem il-Maġistrat jisħaq li ma kellux tort

Ħaddiem li jpoġġi l-madum niżel għarkuptejh jisħaq mal-Maġistrat Doreen Clarke li ma kellux tort meta tressaq akkużat li kisser xogħlu kollu wara li ma tħallasx l-ammont kollu li kellu jieħu mingħand klijent.

Ir-raġel li għandu 39 sena minn Marsaskala ntalab iħallas €3,020 lill-klijent tiegħu fi żmien sitt xhur filwaqt li ngħata sentenza sospiża ta’ 18-il xahar ħabs.

L-akkużat kien intalab ipoġġi l-madum f’dar ġewwa Tas-Sliema u kien qed jitħallas bin-nifs. Meta l-klijent ma ħallasx l-aħħar pagament, jiġifieri madwar €200, il-ħaddiem iddeċieda li jkisser kollox.

L-Ispettur Jonathan Ransley ressaq lir-raġel quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke u mill-ewwel wieġeb ħati tal-akkużi.

Il-Qorti ordnat ukoll li l-vittma tingħata l-protezzjoni.

More in Qrati u Pulizija