Tliet persuni arrestati b'rabta ma' kaċċa illegali

Żewġt irġiel mistennija jitressqu l-Qorti fil-ħin li ġej

Mill-Arkivji
Mill-Arkivji

Il-Pulizija arrestat żewġ persuni wara dawn inqabdu f’attivita` ta’ kaċċa llegali fi staġun magħluq, fl-inħawi ta’ Ħal Għaxaq.

Iż-żewġ persuni li għandhom 20 u 47 sena, huma residenti Ħal Għaxaq u mistennija jistressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin.

Aktar tard ilbieraħ stess, ġie arrestat raġel ieħor ta’ 42 sena, ukoll minn Ħal Għaxaq wara li nqabad jikkaċċja fi staġun magħluq u anke jagħmel użu minn arma tan-nar immodifikata.

Aktar investigazzjonijiet fuq dan il-każ għadhom għaddejjin u l-persuna ser jitressaq il-Qorti aktar ‘il quddiem.

 

More in Qrati u Pulizija