Qorti | Isuq dritt għall-ħabs

Xufier perikoluż li kien ġie pprojbit milli jsuq inqabad isuq vettura bi pjanċi ta' oħra

Xufier perikoluż, li kien ġie pprojbit milli jsuq, intbagħat 16-il xahar ħabs wara li nstab isuq vettura żgħira bi pjanċi ta’ vettura oħra.

Mario Camilleri, magħruf bħala Marius, kien ingħata l-ħelsien mill-arrest f’Jannar li għadda, fejn fost il-kundizzjonijiet ma setax isuq.

Ix-xahar li għadda huwa ġie arrestat mill-Pulizija f’Ħal Qormi wara li nnuttaw xi ħaġa stramba bil-pjanċi tar-reġistrazzjoni.

Il-pjanċi, li kienu ta’ vettura oħra, kienu maqsuma min-nofs biex ikunu jistgħu jeħlu mal-moped.

Apparti minn hekk, il-vettura la kienet liċenzjata u lanqas kellha polza tal-assigurazzjoni.

Camilleri wieġeb ħati tal-akkużi kollha.

Fil-Qorti qal li kien ftakar li kellu jiffirma fl-Għassa u ppanikjat, daħal malajr f’vettura biex imur jiffirma

Il-Maġistrat ħadet inkonsiderazzjoni li l-akkużat kellu sensiela ta’ akkużi simili u anke l-fatt li kellu ċertifikati li juru li dakinhar li saq il-vettura kellu siequ mweġġa’.

Fost oħrajn, apparti s-sentenza ta’ ħabs, il-Qorti kkonfiskat ukoll l-€20,000 li kellu jħallas bħala garanzija tal-ħelsien mill-arrest.

More in Qrati u Pulizija