Jammetti li għen fl-ittimbrar ta' passaporti b'mod illegali

Ir-raġel  kien qed jgħaddi l-passaporti lill-uffiċjal tal-immigrazzjoni li nstabet ħatja l-ġimgħa li għaddiet

Raġel ingħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs wara li ammetta li kien kompliċi fi skema illegali biex jiġi estiż il-perjodu li barranin jistgħu jagħmlu f’Malta.

Huwa nstab ħati li kien jgħaddi passaporti ta’ barranin biex jiġu ttimbrati daqslikieku ħallew Malta biex hekk ikunu jistgħu jibqgħu għal aktar żmien.

Ir-raġel, mill-Maċedonja, li għandu 36 sena u joqgħod il-Gżira kien qed jgħaddi l-passaporti lill-uffiċjal tal-immigrazzjoni li l-ġimgħa li għaddiet  kienet sospiża minn xogħolha u ttellgħet il-Qorti.

Minkejja li wieġeb ħati, il-Qorti ħelset lill-akkużat mill-ewwel żewġ akkużi, jiġifieri li kien kompliċi fil-falsifikazzjoni ta’ timbri u anke li wettaq l-istess reat diversi drabi.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech akkużat lill-prosekuzzjoni li ma kinitx biżżejjed ċara fil-mod kif preżentat l-akkużi tant li fi kliemha l-akkużat ma setax jipprepara għad-difiża.

Hija sabet lill-akkużat ħati li kiser l-Att dwar l-Immigrazzjoni u l-Ordinazzjoni dwar il-Passaporti.

L-uffiċjal tal-immigrazzjoni involuta f’din l-iskema ta’ frodi kienet instabet ħatja fi proċeduri separati u ngħatat sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin filwaqt.

More in Qrati u Pulizija