Lura għall-Qorti wara li ngħata probabtion tlett ijiem ilu

L-akkużat, li kien wieħed mill-partitarji tal-eksdittatur Muammar Gaddafi, kien qal lill-Qorti li jibża’ li joqtluh jekk ikun deportat lejn il-Libja

Tlett ijiem wara li ngħata ordni ta’ probabtion, raġel ta’ 33 sena ntbagħat 20 xahar ħabs wara li tressaq il-Qorti akkużat b’serq aggravat, fost oħrajn.

Khalleefah Ahmed Alhaaj Aljeelani, wieħed mill-partitarji tal-eksdittatur Muammar Gaddafi, kien qal lill-Qorti li jibża’ li joqtluh jekk ikun deportat lejn il-Libja.

Quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke huwa wieġeb ħati li seraq ammont ta’ karozzi pparkjati.

L-istess persuna kien intbagħat 9 xhur ħabs mill-Maġistrat Joe Mifsud wara li kien seraq minn ħanut fil-Belt, fost akkużi oħra.

Il-Maġistrat, wara li kkunsidrat il-fatt li ammetta, in-natura tal-offiżi u anke minħabba r-rekord kriminali tiegħu, tatu sentenza ta’ 7 xhur ħabs. Żiedet ukoll 13-il xahar għar-reati li għalihom instab ħati fl-4 ta’ Marzu.

Il-Qorti rrakomandat li jinżam fit-taqsima forensika tal-Isptar Monte Karmeli.

More in Qrati u Pulizija