Jammetti li seraq minn ħanut tal-inbid f'Għawdex

Raġel tressaq il-Qorti akkużat li seraq flus kontanti u oġġetti oħra

Raġel inżamm arrestat wara li quddiem il-Qorti ta’ Għawdex ammetta li seraq minn stabbiliment tal-inbid fil-Fontana.

L-akkużat, li għandu 37 sena mill-Ghana, qed jiġi akkużat li seraq iżjed minn €2,000 fi flus kontanti minn dan il-ħanut u laqa’ għandu oġġetti misruqa.

Il-Maġistrat J. Vella Cuschieri ma tahx il-ħelsien mill-arrest.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

More in Qrati u Pulizija