Bott żebgħa fuq il-karozza talli ffastidjalu s-sieħba

Ir-raġel ammetta l-akkużi kollha miġjuba kontrih

Ritratt: Arkivji
Ritratt: Arkivji

Raġel min-Naxxar ingħata l-libertà kkundizzjonata għal 3 snin wara li nstab ħati li waddab żebgħa fuq il-karozza ta’ raġel li allegatament kien qed jagħti fastidju lis-sieħba tiegħu.

L-Ispettur Jonathan Ransley spjega fil-Qorti li l-akkużat kellu argument mar-raġel li skontu kien qed jagħti fastidju lis-sieħba tiegħu.

Aktar tard mela l-karozza ta’ dan ir-raġel b’żebgħa bil-kulur u kkawża ħsara konsiderevoli.

Ir-raġel kien akkużat li volontarjament kkawża ħsara fuq propjetà ta’ persuna oħra.

Huwa wieġeb ħati tal-akkuża miġjuba kontrih.

Il-Qorti ordnat li l-ismijiet ma jixxandrux u anke ordnat protezzjoni għall-vittma.

More in Qrati u Pulizija