Ħabs għal care worker li abbuża minn anzjana

Ir-raġel kien ilu jaf lill-anzjana inqas minn siegħa

Care worker, li attakka sesswalment anzjana ta' 77 sena li kien jieħu ħsieb, ingħata sentenza ta' seba' xhur ħabs.

Ir-raġel ta' 43 sena mill-Filippini, tressaq akkużat li attakka sesswalment lill-anzjana fir-residenza tagħha fiż-Żebbuġ.

Il-Pulizija ġew infurmati wara li r-raġel deher jabbuża mill-anzjana f'filmat minn kamera tas-sigurtà fir-residenza tagħha stess.

Kienet aġenzija li qabbditu jieħu ħsieb lill-anzjana u meta abbuża minnha kien ilu jafha inqas minn siegħa.

Bħalissa, l-anzjana qed toqgħod ma' qraba tagħha.

Għalkemm il-Pulizija wieġeb mhux ħati, quddiem il-Maġistrat ammetta li abbuża mill-anzjana.

More in Qrati u Pulizija