Miċħuda l-ħelsien mill-arrest wara li ffrodat €105,000 bi skema ta' deterġenti

Hija kienet akkużata wkoll li ffrodat seba’ familji

Mara ta’ 35 sena minn Ħ’Attard, li taħdem bħala ‘childcarer’, tressqet il-Qorti mixlija b’seba kapi ta’ akkuża relatati ma’ frodi fuq bejgħ ta’ deterġenti, li minnha allegatament għamlet profitt b’qerq li jammonta għal €105,000.

Hija kienet akkużata wkoll li ffrodat seba’ familji, b’€5,000 kull familja, miżappropjazzjoni u falsifikar ta’ dokumenti, li għamlet użu minn dokumenti foloz u li saret reċediva.

Fil-Qorti ntqal li l-Pulizija rċevew bosta rapporti mingħand vittmi tal-frodi u li kienu nvestew eluf ta’ ewro fl-iskema.

Il-Qorti rrifjutat it-talba għall-ħelsien mill-arrest u l-mara nżammet arrestata.

More in Qrati u Pulizija