Psikjatra mitlob jgħid għalfejn il-mara li allegatament inżammet f'għar mhix f'pożizzjoni li tixhed

Il-Qorti għamlet din it-talba hekk kif il-mara kienet diġà ppreżentat ċertifikat mediku

Il-Qorti talbet psikjatra sabiex jgħid għalfejn il-mara li allegatament inżamm minn żewġha f’għar fil-Kalkara mhix pożizzjoni li tixhed fil-każ.

Dan hekk kif il-mara marret għand il-psikjatra, li kkonkluda li l-mara mhix f’kundizzjoni li tixhed fil-Qorti.

Il-prosekuzzjoni sostniet li ma jirriżulta li l-mara ma tridx tixhed, iżda li ma mhux ideali għaliha f’dan l-istadju minħabba l-istat mentali fraġili tagħha.

Dan ġie kkonfermat ukoll mill-avukat tagħha. Il-mara kienet diġà ppreżentat ċertifikat mediku, liema ċertifikat ma ġiex aċċettat mill-Qorti.

Ir-raġel tal-mara jinsab akkużat fost l-oħrajn b’attentat ta’ qtil, abbuż sesswali u li żamm lil martu kontra l-volontà tagħha.

Jinsab akkużat ukoll li kellu l-eroina u li weġġa’ ħafif lil martu u kuntistabbli tal-Pulizija.

Il-każ se jkompli nhar il-Ħamis. 

More in Qrati u Pulizija