Il-mara li allegatament inżammet f'għar ordnata tixhed mill-Qorti

Dan hekk kif ippreżentat ċertifikat tat-tabib li juri li qed tbati mill-ansjetà

Il-mara li allegatament inżammet minn żewġha f’għar fir-Rinella fil-Kalkara għadha mhix f’pożizzjoni li tixhed fil-Qorti, għalkemm għaddew xahrejn mill-każ.

Psikjatra se jkun qed jeżamina lil mara għada, hekk kif ma xehdiet fil-każ kontra żewġha li kompla jinstema’ fil-Qorti.

L-avukat tal-mara ippreżenta ċertifikat tat-tabib li jiċċertifika li qed tbati mill-ansjetà.

Id-difiża iżda rrimarkat li r-raġel ilu jinżamm arrestat minn Novembru li għadda. Ir-raġel jinsab akkużat b’attentat ta’ qtil, li żamm lil martu kontra l-volontà tagħha u li stupraha.

Il-Maġistrat Stafrace Zammit qalet li l-mara kellha tixhed bit-‘teleconferencing’ u ma aċċettatx iċ-ċertifikat tat-tabib, filwaqt li l-mara tixhed fis-seduta li jmiss it-Tnejn li ġej.

More in Qrati u Pulizija