Jinżamm arrestat wara li sawwat lis-sieħba tiegħu b'ċintorin

L-akkużat ilu jgħix għal numru ta’ snin f’Malta u kien ukoll instab ħati ta’ stupru u serq

Libjan ta’ 30 sena residenti San Pawl il-Baħar inżamm arrestat wara tressaq il-Qorti akkużat bi vjolenza domestika.

Ir-raġel ġie arrestat mill-Pulizija wara li s-sieħba tiegħu għamlet rapport li sawwatha b’ċintorin.

Fil-Qorti ntqal li l-mara, li hija ta’ nazzjonalitá barranija, kellha sinjali viżibbli tad-daqqiet biċ-ċintorin u li filwaqt li skont il-liġi huma deskritti bħala ġrieħi ħfief, huwa sinjal ċar ta’ każ serju ta’ vjolenza domestika.

L-akkużat ilu jgħix għal numru ta’ snin f’Malta u kien ukoll instab ħati ta’ stupru u serq, filwaqt li l-mara ilha f’relazzjoni miegħu għal dawn l-aħħar sitt xhur.

Fil-Qorti ntqal ukoll li l-Libjan ma tgħallem xejn fiż-żmien li għamel il-ħabs.

More in Qrati u Pulizija