L-appelli tal-Panama Papers wieqfa sakemm tiddeċiedi l-Qorti Kostituzzjonali

Simon Busuttil talab lill-Qorti Kostituzzjonali tiddeċiedi jekk l-Imħallef Mizzi jibqax jisma' l-appelli 

Is-smigħ tas-seba’ appelli relatati mal-Panama Papers ġew posposti sakemm jiġi stabbilit mill-Imħallef Joseph Zammit Mckeon li Kostituzzjonalment, l-Imħallef Antonio Mizzi jista’ jiddeċiedi fuq dan il-każ.

Dan wara li l-eksKap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kien ressaq talba biex l-Imħallef Mizzi jitneħħa peress li huwa r-raġel tal-MEP Laburista Marlene Mizzi u għalhekk jista’ ma jkunx f’pożizzjoni tal-imparzjalitá, liema allegazzjoni diġá ġiet miċħuda mill-Imħallef innifsu.

F’Ġunju li għadda, Simon Busuttil kien talab lill-Maġistrat Ian Farrugia biex jiftaħ investigazzjoni fuq l-iżviluppi li kienu ħarġu mill-Panama Papers.

Is-seba’ persuni li semmgħu fl-inkjesta, fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat, fetħu proċeduri separati għall-appell u biex id-digriet tal-Maġistrat Farrugia jiġi revokat.

Is-smigħ ta’ dawn l-appelli qed isir għand l-Imħallef Mizzi u għalhekk Simon Busuttil talab lill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili tiddikjara jekk hemm ksur ta’ smigħ ġust u imparzjali.

Mat-tħabbira ta’ din id-deċiżjoni, fl-awla tal-Qorti kien hemm battibekk bejn l-avukati Jason Azzopardi u Pawlu Lia.

L-ewwel seduta ta’ dan il-każ Kostituzzjonali se ssir għada.

More in Qrati u Pulizija