Żagħżugħ b'sentenza sospiża wara li hedded lil Marlene Farrugia

Huwa tressaq fuq theddida li għamel fil-mezzi soċjali

Żagħżugħ ta’ 17-il sena mill-Isla tressaq il-Qorti akkużat b’theddid lejn il-Membru Parlamentari u Kap uxxenti tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia.

Huwa tressaq fuq theddida li għamel fil-mezzi soċjali.

Iż-żagħżugħ ingħata s-sentenza ta’ 18-il xahar priġunerija sospiżi għal tliet snin u inħarġet ukoll ordni għall-protezzjoni għall-perjodu ta’ tliet snin.

Fil-Qorti ntqal li ż-żagħżugħ kien iddispjaċih li għamel u li neħħa l-kummenti minn fuq Facebook.

L-Avukat ta’ Marlene Farrugia qal li l-Kap Uxxenti tal-Partit Demokratiku rċeviet bosta theddid fis-snin li għaddew.

Sostna li fis-sitwazzjoni preżenti fil-pajjiż, Farrugia talbet li jiġi nvestigat din it-theddida li rċeviet mingħand iż-żagħżugħ.

Il-Qorti ordnat li minħabba li l-akkużat għadu minuri m’għandux jixxandar ismu.

More in Qrati u Pulizija