Il-Pulizija ssib ammont ta’ droga moħbija f’pakketti tas-sigaretti

Din is-sejba ta' kannabis saret wara spezzjoni f’bini fil-Marsa

Ritratt : Arkivji
Ritratt : Arkivji

Ilbieraħ filgħodu, membri mid-Distrett tal-Belt Valletta, sabu ammont ta’ pakketti tas-sigaretti, li moħbija fihom kien hemm sustanzi suspettati li huma raża u ħaxixa tal-kannabis.  Din is-sejba saret waqt spezzjonijiet li saru f’binja li tinsab Xatt il-Mollijiet, il-Marsa.

Fuq il-post instabu wkoll diversi oġġetti relatati mat-traffikar tad-droga, fosthom miżien elettroniku.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr. N. Camilleri, li ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-Inkjesta li ġiet appuntata.

Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija