60 xahar ħabs għal raġel li nqabad bi kważi 1.5 kg kannabis

Raġel Sqalli ngħata 6 snin u nofs ħabs wara li fl-2012 inqabad fil-pussess ta' kważi 1.5kg kannabis bl-iskop li jittraffikaha

Il-Qorti tat sentenza ta' sitt snin u nofs ħabs lil raġel Sqalli, Damiano Calisti, ta' 29 sena minn Lentini fi Sqallija, wara li fl-2012 kien inqabad mill-Pulizija fil-pussess ta' 1.212kg ta' kannabis pura 6%, bl-iskop li tiġi traffikata.

Waqt is-smiegħ tas-sentenza lura f'Diċembru li għadda, Calisti kien ammetta l-akkużi miġjubin kontrih ta' kospirazzjoni għal traffikar ta' droga, bejgħ ta' kannabis u pussess ta' kannabis, f'distanza ta' inqas minn 100 metru minn post frekwentat minn nies minorenni.

Fl-2014, Calisti kien diġà weħel il-ħabs għal 8 xhur fuq akkużi ta' traffikar tal-kannabis, waqt li kien fuq ħelsien mill-arrest.

L-Imħallef Edwina Grima, naqqset is-sentenza ta' Calisti għal 6 snin u nofs peress li huwa ammetta t-tort tiegħu u kkolabora mal-Puliizja. Calisti ntalab ukoll iħallas multa ta' €18,000 filwaqt li ngħatat ordni biex l-assi tiegħu kollha jiġu konfiskati.

More in Qrati u Pulizija