Għarkupptejh quddiem il-Maġistrat għax frankalu ikla ħabs

Teatrini u ringrazzjamenti fl-awla tal-Maġistrat Antonio Micallef Trigona

Raġel mill-Ghana li ammetta li rreżista u weġġa b'mod ħafif lil Pulizija, intefa' għarkupptejh quddiem Maġistrat Antonio Micallef Trigona jirringrazzjah talli ma tahx sentenza ħabs. Yaw Akaadom ta' 35 sena li jgħix f'xelter kien akkużat illi rreżista uffiċjal tal-Pulizija u li kien fis-sakra u li kiser il-paċi pubblika f'Birkirkara, fejn jinsab ix-xelter illi jgħix fih. 

Il-Qorti tat sentenza ta' sitt xhur ħabs sospiżi għal sena, flimkien ma' multa ta' €4,000. 

L-avukat Joe Ellis li deher għall-akkużat, bħala avukat tal-għajnuna legali, talab illi Akaadom jinħeles mill-kustodja tal-Pulizija biex ikun jista' jaqla' l-flus permezz ta' impjieg u jkollu minn fejn iħallas il-multa. L-Ispettur Robert Vella li mexxa l-prosekuzzjoni oġġezzjona għat-talba ta' Ellis minħabba li l-akkużat ma kellux indirizz fiss, minkejja illi jgħix fix-xelter msemmi. 

Il-Qorti tat lill-akkużat sitt xhur biex isib xigħol u wara jrid iħallas €133 fix-xahar li jmorru għall-multa.  

 

 

Th

More in Qrati u Pulizija