'Hold-Up' minn żewġt irġiel f’Ħaż-Żabbar

Iż-żewġ ħallelin, li kienu mgħammda, serqu ammont ta’ flus minn stabiliment tal-logħob wara li agredew lill-impjegat

Ritratt : Arkivji
Ritratt : Arkivji

Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-21:40, seħħet serqa ġewwa stabiliment tal-logħob fi Triq il-Kbira, Ħaż-Żabbar.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li żewġt irġiel, li kienu mgħammda u libsin hoodie daħlu ġewwa l-istabiliment u wara li aggredew lill-impjegat serqu xi flus.

L-impjegat, ġuvni ta’ 24 sena minn Ħal-Tarxien ittieħed iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr I Farrugia li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Qrati u Pulizija