11-il sena wara... jibda l-ġuri ta' Etjopjan li traffika 181 immigrant lejn Malta

Il-ġuri tar-raġel Etjopjan akkużat bit-traffikar ta' 181 immigrant lejn Malta beda dalgħodu... 11-il sena wara 

Dalgħodu beda l-ġuri tar-raġel Etjopjan akkużat bit-traffikar ta' 181 immigrant lejn Malta 11-il sena ilu.

Hadish Abayu, ta' 58 sena, qed jiġi akkużat li huwa kien il-moħħ wara vjaġġ fuq il-baħar li ġab il-181 immigrant lejn Malta f'Settembru tal-2005.

Abayu ġie akkużat fil-Qorti f'Ġunju tal-2006, iżda ħarab wara li huwa kien ingħata l-ħelsien mill-arrest. Ir-raġel Etjopjan reġa' ġie arrestat fl-Iżvizzera f'Mejju li għadda u mibgħut lura Malta sabiex jiġi mtella' l-Qorti.

More in Qrati u Pulizija