Tafdax kulma jgħidulek fuq it-telefon

Telefonati li jidhru b-numru Malti, huma qarrieqa u għandhom l-intenzjoni li jisirqu dettalji personali

Il-Pulizija wissiet lill-pubbliku permezz ta' avviż dwar skema ta’ frodi li bhalissa qed tiċċirkola permezz tat-telefon.

F’dawn l-aħħar ġranet, il-Pulizija qalet li avviċinawha numru ta’ persuni li qegħdin jirċievu telefonati, kemm fuq il-mobile tagħhom u fuq it-telefon, fejn dawn l-istess persuni qed jiġu magħrrfa li saru tranżazzjonijiet bankarji mhux awtorizzati minn barra l-pajjiż u wara qegħdin jiġu mitluba dettalji personali, bħal kontijiet bankarji u dettalji oħra.

Il-Pulizija tixtieq tinforma lill-pubbliku li dawn it-telefonati huma kollha fittizji, intenzjonati biss biex jinsterqu dettalji personali tal-individwi. Dawn it-telefonati, għalkemm jidhru li jistgħu jkunu ġejjin minn numri Maltin, huma qarrieqa, u ġejjin minn pajjiżi esteri, fejn hu ferm diffiċli li wieħed jintraċċa min hemm wara dawn it-telefonati.

Għal dan il-għan, il-Pulizija tixtieq tagħmilha ċara li la l-banek u l-ebda istitut finanzjarju ieħor mhu se jitlob dettalji personali fuq it-telefon u għalhekk il-pubbliku m’għandu jagħti qatt dawn it-tip ta’ dettalji. 

Għalhekk, il-Pulizija appellat lill-pubbliku biex juża l-kawtela kollha u fejn ikollu dubju jagħmel kuntatt personalment mal-banek, sabiex jivverifika li l-kontijiet personali, huma kollha kif suppost.

More in Qrati u Pulizija