F'4 snin ġew mitfugħa l-ħabs 342 talli ma tawx il-manteniment

Ittellgħu l-qorti 3,075 persuna

Mill-2012 sal-lum 342 persuna ntbagħtu l-ħabs talli rrifjutaw li jagħtu manteniment lill-eks nisa tagħhom jew lill-uliedhom. Dawn minn 3,075 li ġew akkużati li ma tawx l-manteniment. Dan qalha l-Ministru tal-Ġustizzja, Owen Bonnici f'risposta Parlamentari. Is-sentenzi ta' ħabs kienu minn ġimgħa sa 3 xhur. Iżda dawk li reġgħu intabgħtu l-ħabs wara li kienu diġa nstabu ħatja qabel, spiċċaw anke sitt xhur fil-ħabs.

More in Qrati u Pulizija