Miżmuma f'appartament tas-Sliema u stuprata diversi drabi kuljum

Negozjant Tuenżin ittella l-qorti u nżamm arrestat

Negozjant Tuneżin żamm mara maqfula fl-appartament tiegħu f'Tas-Sliema għal diversi ġranet u kien jistupraha diversi drabi fil-ġurnata.

Dan ħareġ mill-qorti fejn Mohammed El Herzi , ta' 55 sena li għandu fabbrika tat-tessuti u li jiġi Malta ta' spiss offra lil din il-mara impjieg u wara stupraha meta din irrifjutat li tiżżewġu.

El Herzi hu akkużat li ttraffika lil mara Tuneżina b'passaport Taljan, li żammha kontra r-ieda tagħha u li vvjolentaha regolari.

Il-mara qalet lil pulizija li iltaqgħu Palermo fuq dgħajsa li kienet sejra lejn Tunis u kien offrielha impjieg bħala hairdresser f'Malta. Kien ħallsilha l-biljetti tal-ajru u mar ġabarha hu stess mill-ajruport ta' Malta. Staqsietu fejn kien is-salon u hu talabha li tiżżewġu. Meta din irrifjutat hu sakkarha ġo dan l-appartament u kien jistupraha diversi drabi fejn darba minnhom ġagħlha taħslu fix-shower. Meta saru jafu bl-istorja wara li din il-mara ħarbet, El Herzy u ibnu ħarbu lejn Milan iżda l-pulizija Maltija talbu arrest Ewropew. Meta kien arrestat kien jilmenta b'uġiegħ f'sidru u kienu ħaduh diversi drabi Mater Dei fejn instab li qatt ma kellu xejn.

Hu nżamm arrestat sa ma l-qorti terġa tiltaqa f'Settembru.

 

 

More in Qrati u Pulizija