Kaċċatur li laqat żagħżugħ biċ-ċomb jitressaq il-Qorti

David Galea wieġeb mhux ħati li kkaġuna feriti fuq Olandiż ta' 16-il sena

L-akkużat David Galea. Ritratt: Chris Mangion
L-akkużat David Galea. Ritratt: Chris Mangion

David Galea, kaċċatur ta' 33 sena wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba konrtih fil-Qorti dalgħodu. Galea kien qed jiġi akkużat quddiem il-maġistrat Gabriella Vella li minbarra li kkawża feriti ta' natura ħfief fuq Mark Van Leeuwen għaliex laqtu biċ-ċomb mill-arma tan-nar tiegħu, ħebb għaż-żagħżugħ u heddu.

Iż-żagħżugħ ta' 16-il sena kellu jittieħed l-isptar wara li ntlaqat minn ċomb li ġie sparat mill-kaċċatur, kmieni il-bieraħ filgħodu għall-ħabta tas-sebgħa fl-inħawi ta' Pembroke.

Galea, li jaħdem f'confectionery f'Birkirkara ġie akkużat ukoll li hu riċediv.

Galea ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih u ntalab iħallas depożitu ta' €300 u garanzija personali ta' €2,000 sabiex johroġ bil-libertà proviżorja.

L-avukati Yanika Camilleri u Vincent Micallef dehru għall-akkużat.

More in Qrati u Pulizija