[AĠĠORNATA - 2 ] Dalli jitlob lill-Pulizija tieħu passi kontra Kessler għax xehed falz

Il-Kap tal-OLAF, Giovanni Kessler f'Malta sabiex jixhed fil-każ ta' Silvio Zammit  

Il-Kap tal-OLAF Giovanni Kesler
Il-Kap tal-OLAF Giovanni Kesler

Tela jixhed Alberto Potenza, investigatur dwar l-allegazzjonijiet tal-Bahamas dwar John Dalli. Wara li l-Internatioanl Herald Tribune kixfet li Dalli kien mar b’jet l-Bahamas f’titjira bir-ritorn ta’ 24 siegħa eżatt fil-ħin meta Zammit kien qed jiġi interrogat għall-ewwel darba mill-Olaf.

Kompla qal li fiż-żmien tal-alegazzjonijiet l-eks kummissarju kien allegat li organizza trasferiment ta’ miljuni kbar f’isem proġett filantropiku x’imkien fl-Afrika minn grupp ta’ negozjanti. Potenza qal li r-rekords ta’ dawn l-intervisti ġew trasmessi lill-AG fl-2014 iżda l-investigazzjonijiet tal-Bahamas ma kinux konklużi.

********

ECR ikkonferma li Zammit ċempel lil Kimberley u Dalli wara li semma l-prospett li jirranħa laqgħa mal-kummissarju bi prezz ma’ Inge Delfoszse wara li t-tieni telefonata ma’ Delfosse kienet rekordjata mis-segretarju Ġenerali ta’ Estoc u hawn Estoc poġġa fil-qorti recording tat-telefonata li qajmet tbissima u xi daħka fl-awla wara li Silvio Zammit instema jiftaħar li hu kapaċi jorganizza laqgħa kullimkien, anke fuq il-qamar. Qal ukoll biex ma ssemmix ismijiet għax hu jitkellem għalih innifsu biss. Delfosse tinstema tgħid li hi maqbuda bis-somma li ntalbet ta’ 10 miljun ewro.
ECR qal li waqt l-interrogatorju Zammit kien arroganti u meta mistoqsi min kien il-boss tiegħu, hu wieħeb li “Alla” hu l-boss tiegħu. Meta kien mistoqsi mill-avukat ta’ Zammit, Gatt, Hu qal ukoll li qatt ma ltaqa ma’ Kimberley meta kien Malta jispezzjona r-ristorant ta’ Zammit Peppi’s Kiosk.
************

Sadattant John Dalli ħareġ stqarrija fejn talab lil pulizija tieħu passi għal xhiedha falza li għamel Kessler fil-qorti..

Dalli kkummenta partikolarment fuq il-fatt li ssemmiet ix-xhieda ta' Joanna Darmanin u Paula Duarte. Huwa qal li d-dati msemmija minn Kessler ġew ivvintati biex jikkoinċidu mat-teorija tiegħu dwar il-laqgħat li allegatament saru.

Dalli sostna li f'waħda mid-dati msemmija minn Kessler, jiġifieri t-28 ta' Frar 2012, huwa mhux biss ma pproponiex li titneħħa l-projbizzjoni tas-snus iżda ftiehem mal-kabinett tiegħu u mal-istaff ta' SANCO dwar il-parametri li fuqhom SANCO bbażat l-impact assessment tagħha, li kien l-ewwel pass lejn id-direttiva.

Dawn il-parametri, qal Dalli, kienu jinkludu projbizzjoni tas-snus u tal-prodotti kollha tan-nikotina bla duħħan.

Dalli sostna li dan kollu hu dokumentat u jista' jiġi verifikat. Għalhekk hu ċar li Kessler mhux qed jgħid il-verità u l-pulizija għandha tieħu azzjoni.

**********

Waqt ix-xhieda tiegħu, Kessler qal li l-OLAF kienet qed tagħmel investigazzjoni separata fuq Dalli. Iż-żewġ xhieda f’dan il-każ, Joanne Darmanin li dak iż-żmien kienet ic-chef de cabinet ta’ John Dalli u Sa. Duarte. It-tnejn qalu li li f’żewġ okkażżjonijiet, 24 ta’ Jannar u 28 ta’ Frar, Dalli beda jinsisti sabiex titneħħa l-projbizzjoni.

Wara li Swedish Match urew li ma kinux interessati, Zammit jerġa’ jiftaħ id-diskussjonijiet ma’ Estoc – b’email lil Inge Delfosse. Fil-29 ta’ Marzu sseħh konverzazzjoni kruċjali fuq it-telefon, hekk kif Zammit jgħid lil Delfosse li “bidla fil-liġi ħa tiswikom.” Parti minn din it-telefonata ġiet irrekordjata minn Delfosse.

Kessler jgħid ukoll li hu intervista lil Zammit f’Malta stess, fejn Zammit ma riedx ikun akkumpanjat minn avukat. Qal li fl-aħħar tal-intervista, Zammit qam u telaq. Kompla billi qal li “Dak li fhimna f’dak il-mument huwa li ma kienx jaf x’ħa jwieġeb.”

*******

F’Awwissu tal-2010, Zammit akkumpanja lir-rappreżentant għall-Malta ta’ BAT, u Tomas Hammargren, il-President tal-Estoc (il-Kunsill Ewropew għat-tabakk li ma jdaħħanx) fil-lukanta Kempinsky f’Għawdex.  Din il-laqgħa kellha tkun diskussjoni bejn Dalli u Hammargren fuq il-legalizzazzjoni ta’ snus –tip ta’ tabakk bla duħħan li jinbigħ biss il-pajjiżi Skandinavi, u li huwa projbit fil-bqija tal-pajjiżi tal-UE.

John Dalli kien jaf li, minħabba Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ma setax jiltaqa’ ma’ Hammargren. B’hekk din il-laqgħa tqieset bħala rebħa żgħira għal dan tal-aħħar. Kien Zammit li aġixxa ta’ pont bejn iż–żewġ partijiet. Minħabba r-rabtiet li Zammit kellu ma’ Dalil, Swedish Match għażlet li tuża lil Silvio Zammit flok l-mezzi uffiċjali sabiex tasal sal-Kummissjoni.

Huma qabbdu lil Gayle Kimberly, avukata Maltija li kien jafha diġà Johan Gabrielsson – mill-kumpanija Swedish Match. Hi kellha tirrappreżentahom mal-Kummissarju. Minħabba l-istess Konvenzjoni tad-WHO, Swedish Match tiġi Malta sabiex jingħataw d-dokumenti għal-legalizzazzjoni tal-isnus. Swedish Match jgħidu wkoll li Silvio Zammit “għandu din ir-rabta mal-Kummissarju, u offra li jirranġa laqgħa  mal-Kummissarju.”

Wara posponiment tal-laqgħa, Zammit ċempel lil Kimberley u qalilha li Dalli ma jridx jiltaqa’ magħha, iżda “jrid jiltaqa’ miegħì biss”. Kimberley b’hekk tikteb bil-miktub dawk il-mistoqsijiet li kellha tagħmel lill-Kummissarju, u tgħaddihom lil Zammit. Dan għamlitu mingħajr ma avżat lil Swedish Match.

Kimberley staqsiet lil Gabrielsson jiġi Malta sabiex tinfurmah eżattament bl-offertà ta’ Silvio Zammit. Fit-13 ta’ Frar, Zammit iltaqa’ ma’ Gabrielsson u Kimberly f’Peppi’s Kiosk, fejn qal li l-projbizzjoni tista’ ssir, imma ħa tiswihom €60 miljun – minħabba li mossa bħal din kienet waħda perikoluża.

Il-Kap tal-Aġenzija kontra l-Frodi, l-OLAF, qiegħed jixhed dalgħodu l-qorti fil-każ kontra Silvio Zammit. 
 

*******

Aktar kmieni...

Zammit qiegħed jgħid li mhux ħati għall-akkuża li talab lill-kumpanija Swedish Match €60 miljun b'tixħim, sabiex jneħħi projbizzjoni fuq snun - tip ta' tabakk li jinbigħ biss fl-Iżvezzja. Kien minħabba dan il-każ li l-ekx Kummissarju Ewropew kellu jirreżenja f'Ottubru tal-2012.

Wara investigazzjoni mill-OLAF, Kessler mexxa l-investigazzjoni dwar jekk Dalli kienx jaf li Zammit, eks kanvasser u ħabib tal-eks kummissarju, qed jagħmel dan it-tixħim.

More in Qrati u Pulizija