20 sena ħabs talli farrak wiċċ l-għarusa u ħalliha għal mewt

Ritratt qawwi ta’ kif ġabha bid-daqqiet mitfugħ fuq facebook minn missierha (arawh fl-istorja)

Maurizio weħel 20 sena ħabs
Maurizio weħel 20 sena ħabs
Kif ġabilha wiċċha bix-xeba li taha fejn damet 11-il xahar f'koma u ħarġet minnha dil-ġimgħa
Kif ġabilha wiċċha bix-xeba li taha fejn damet 11-il xahar f'koma u ħarġet minnha dil-ġimgħa
Chiara Monda
Chiara Monda

Maurizio Falcioni minn Ruma li kien arrestat fl-4 ta’ Frar li għaddha weħel 20 sena ħabs talli mmassakra lill-għarusa tiegħu, Chiara Insidioso Monda ta’ 19-il sena  bid-daqqiet fl-istess ġurnata li kien arrestat.

FL-awla tal-qorti il-ġenituri u l-ħbieb ta’ Monda infexxew f’applaws kbir kif inqrat is-sentenza.

Missier it-tfajla poġġa ritratt tagħha fejn kienet viċin il-mewt kif ħalliha Maurizio. Monda qamet mill-koma li ilha fiha 11-il xahar ftit tal-ġranet ilu.

Maurizio Falcioni, ta'  35 sena u kien bennej ma felaħx il-fatt li hi setgħet titilqu u taha xebgħa li ħalliha kważi mejta. Maurizio ma kinitx l-ewwel darba tiegħu li refa jdejh fuqha fil-fatt missierha kien diġa għamillu xi rapporti qabel. 

Chiara kienet tgħix miegħu ostia, fl-Italja meta dan ir-raġel li 16-il sena akbar minnha, għandu passat fid-droga u sawwatha għax akkużaha li kellha maħbub ioeħor u beża li se titilqu. It-tobba qalu li tant taha daqqiet li l-feriti li kellha wieħed isibhom meta jkun hemm xi inċident gravi tat-traffiku.  

Chiara kellha diploma fl-istitu tal-lukand, pero kienet xi ftit 'slow' mentalment u missierha dejjem kien jibża li dan ir-raġel 16-il sena akbar minnha kien jimmanipulaha kif ried hu.  

 

More in Qrati u Pulizija