Anton Attard qatt ma sema' li Silvio Scerri ried jeħles minn Vella

Attard qatt ma sema' lil ħadd jgħid li jrid jeħles minn Norman Vella

Anton Attard iddeskriva lil Vella bħala producer u preżentatur kompetenti f’xogħlu
Anton Attard iddeskriva lil Vella bħala producer u preżentatur kompetenti f’xogħlu

Waqt li kien qed jagħti x-xhieda tiegħu aktar kmieni llum, il-Kap Eżekuttiv tal-PBS Anton Attard qal li hu qatt ma’ sema’ lil ħadd jgħid li Silvio Scerri ried jeħles minn Norman Vella.

Attard kien qed jixhed fil-każ ta’ Norman Vella, eks-preżentatur tal-programm TVHEMM li kien jixxandar fuq l-istazzjon nazzjonali. Fil-każ Vella qed jallega li saret diskriminazzjoni politika kontriħ meta fl-aħħar elezzjoni ġenerali l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni u hu kien trasferit lura lejn ix-xogħol prinċipali tiegħu, dak ta’ Uffiċjal tal-Immigrazzjoni fl-Ajruport.

Il-Kap Eżekuttiv Anton Attard qal li hu jiddiskuti l-programmi tal-PBS u l-kontenut tagħhom ma’ Silvio Scerri għax ‘jifhem fix-xandir’ għalkemm qatt ma saru dawn it-tip ta’ konsulti qabel il-bidla fil-gvern.

Attard qal li minn meta waqaf il-programm ta’ Vella il-PBS naqqas fl-udjenzi tiegħu fil-faxxa tal-ħin li fiha kien jixxandar il-programm TVHEMM filwaqt li ddeskriva lil Vella bħala producer u preżentatur kompetenti f’xogħolu.

Il-każ mistenni jkompli f’Jannar.

More in Qrati u Pulizija