Il-Poodle

 

Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil illum@mediatoday.com.mt

George fuq il-moll

George Pullicino jħossu Sqalli, u int?
George Pullicino jħossu Sqalli, u int?

X’kien qed jagħmel George Pullicino jistenna bil-bagoll u waħdu sejjer Sqallija fuq il-moll?  Kemm kien ħelu jistenna hemm fil-kwiet ħdejn tal-Virtù. Ħbieb għalfejn qed tagħmlulu hekk, dan ma għandux dritt imur Sqallija u jiekol ikla mal-ħbieb ġo l-aqwa ristorant li hemm Ragusa?  Dażgur għandu.  U dawk l-ilsna ħżiena li dejjem jgħidu li Pullicino għandu xi interessi fin-negozju Sqallija huma nies bżieq.

Jolly Good Martin

Martin jaf jgħid supercalifragilisticexpialidocious bil-Malti
Martin jaf jgħid supercalifragilisticexpialidocious bil-Malti

Martin Scicluna dak tal-istiff upper lip kemm kien tajjeb fuq Times Talk.  Iva dak li ma jafx jitkellem bil-Malti.  Imma kont ma’ sieħbi kelb tal-fenek u kif semgħu jitkellem beda jirremetti. Qalli dan min iż-ż*** hu? Kemm hawn min hu pastaż. Ara vera jaf jitkellem bl-Ingliż.  Jekk ħadd ma qallu xejn hemm bżonn li xi ħadd jgħidlu li meta jistaqsuh jidher fuq it-television jirrispondi: “Oh, Jolly good, so sorry, but I cannot speak the language spoken by these natives. You know, jaqq!”  Il-ħabib tiegħi l-kelb tal-fenek qalli li dan Scicluna jrid jagħmilha ta’ bravu fuq kollox bħal Louis Grech. Qalli: “Ħaqq għalfejn ma jibgħatuhx lura Buckingham Palace bħala l-fakkin tal-Prinċep!”

Iva għal Kathleen

Kathleen tagħmel ħafna xogħol b’xejn bħala avukat
Kathleen tagħmel ħafna xogħol b’xejn bħala avukat

Isma dik Kathleen Grima vera togħġobni.  Kemm hi sexy hux.  Jiena vera qed ngħir għall-għarus tagħha.  Jien hekk jogħġbuni.  Għandha il-kriterji kollha li togħġob lili bħala kelb poodle.  Għawdxija, għax bħali pinnur, qasira bħali, gustuża bħali, xagħar iswed … bħali.  Bravissima, bħali. Tant hu hekk ivvutat għal Manwel Mallia… bħali (u ddispjaċini), u għamlet hekk billi ġabet il-vot tagħha Malta minn Għawdex.  Ġejja minn familja kbira Nazzjonalista mir-Rabat, imma saret tammira l-Labour.  U why not? M’hemm xejn ħażin.  Anzi tajjeb, bħal Lino, dak nafu Nazzjonalist u issa ma nafx x’inhu. Ħa ngħidlek l-iktar ħaġa li togħġobni fiha hija li taħdem għalxejn.  U jekk tridu xi ħaġa, kellmuha, għax ma żżommx flus!!  Il-kaċċaturi qatt ma ħallsuha sold!”

Tgħiru għal Cyrus?

Tgħiru għal Cyrus?
Tgħiru għal Cyrus?

Jiena ma nafx għalfejn dan l-attakk kollu fuq Cyrus Engerer.  Jiena naħseb li din kollha għira bażwija li jaqla’ €85,000.  Dak suldat tal-azzar, għalkemm jiena jkolli ngħid żaqqu ma tantx hu tal-azzar.  Forsi għandu partijiet oħra tal-azzar.  Ma nafx!  Li naf hu li Cyrus għandu l-kwalitajiet kollha biex jaqla’ €85,000 fis-sena.  Mela ejja nibdew:  Kien Nazzjonalist, t-tieni instab ħati fil-qorti kriminali, kien jgħajjar il-Labour, iħobb jilbes ġlekkijiet, hu jiffansja l-kulur roża u fuq kollox jagħmel kollox biex ma jgħixx f’din il-ġzira ta’ merda. Lil Cyrus minn qalbna ngħidulu kif kieku jgħid Martin Scicluna lil Ivan Camilleri: “Bugger off, you preposterous piece of cow dung!” 

OLE

More in Poodle