Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Il-miskin Lou Bondi

Il-poodle qabad ma' Bondi

8 ta' Frar 2015 09:35
Caption – Bondi, il-vittma tas-sistema
Mela Lou Bondi qed jgħid li ġie ttradut mill-Partit Nazzjonalista. Miskin vera miskin. Żomm, għax se nibki. Miskin, dan Lou kemm għadda minn tbatija! Infatti jien minn hawn nixtieq ngħid li jien mhux nemmen lil Lou imma nemmen li Bondi kien vittma tas-sistema. Iva miskin qatt ma ħa xejn, qatt ma kien preferut, qatt ma kien fdat, qatt ma mexa ’l quddiem għax ma kienx kapaċi u qatt ma wera li kien jobgħod il-partit tal-Lejber. Infatti min jgħid li Bondi huwa bżieq u skużi ħara qed jigdeb. Min qal li kien koċċut Nazzjonalista huwa giddieb. Min jgħid li jaħseb li hu xi ħaġa huwa ħarraj. U min jgħid li jara biss il-flus huwa pulċinell. Infatti ħadna l-kumment ta’ żewġt iħbieb tiegħu; l-ewwel kien Joseph Muscat. Huwa qal: “Jien Lou nemmen għandu ħafna x’jagħti u nemmen li b’konsulenza tajba ġġibu fejn trid. L-ieħor kien Silvio Debono li stqarr “Jien Bondi nħobbu għax kien Nazzjonalista bħali u issa m’għadux. Bondi Delivers u taf fejn qiegħed miegħu… sakemm tħallsu tafux.”

 

Aktar fil-ħarġa tal-ILLUM

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook