Min hu l-mażetta?

Il-Poodle jirritorna fl-Illum u jitkellem dwar Beppe Fenech Adami, il-Guy u l-paga li għandu u anke dwar min hu l-mażetta

Shaddap up your face

Beppe Fenech Adami
Beppe Fenech Adami

Smajt lil Beppe Fenech Adami fuq ir-radju ta’ Andrew Azzopardi (u minn hawn nixtieq li jsib is-saħħa li jixraqlu). Aħna ma rridu deni lil ħadd. Imma fuq il-kummenti fuq l-isptar naħseb li aħjar joqgħod ftit lura. Għax ejja ngħiduha kif inhi kieku ma kienx għal bravura ta’ dawk l-għorrief li bnew San Raffaele u mbagħad biddluh għal Mater Dei kieku għandna biżżejjed sodod. U l-problema tas-sodod kienet problema żgħira meta kkumparata man-numru kbar ta’ ċuċati li għamel missieru Dottor Eddie meta ppjana sptar li dam 17-il sena biex jitlesta. Għalhekk lil Beppe ngħidulu ‘shaddap up your face.’ Għal aktar tagħrif agħfas hawn.

Kummissarju l-ewwel Brussell u t-tieni…

Kemm hu ħelu l-guy, fakkarna meta ġie mistoqsi li hu Kummissarju tal-Ewropa l-ewwel u Malti t-tieni. U jiena ċert li ried jgħid li hu kummissarju u veru ma għandux x’jagħmel, għandu paga tal-ostra… ta’ soċjalist li hu. U apparti kollox vera ma jafx għalfejn jitħallas daqshekk. Imma mbagħad fuq l-għasafar vera ma jistax jitkellem għax jaf li Malta qiegħda fil-ħ***, bejnietna fil-koko. Bejnietna wkoll qed iħoss wisq bard Brussell imma għandu post vera sabiħ u taf xiex xagħru u l-ferq veru joqgħodulu sew għax it-temp mhux imdellek bħal ta’ Malta. Ole!!

Karmenu Vella
Karmenu Vella

Miskin ix-Xmun

Kemm qed joħroġ miskin Xmun. Meta jitkellem fuq il-prezz taż-żejt u l-hedging, ara vera ma jafx x’inhu jgħid. Agħar minnu dik Martese Portelli, qisha piranha imma mingħajr snien. Ejja nkunu attenti hawn. Il-hedging għamluh ħafna nies, għorrief, bħaħan, intelliġenti u bravi. Fosthom insibu lil Josef Bonnici, Austin Gatt u ovvjament Alfred Sant. Il-mistoqsija importanti hi, x’se jagħmel Xmun jekk ikun fit-tmun. Hedging jew no hedging.

Il-hedging għamluh ħafna nies, għorrief, bħaħan, intelliġenti u bravi
Il-hedging għamluh ħafna nies, għorrief, bħaħan, intelliġenti u bravi

U l-mażetta hu?

U jekk Xmun joħroġ ta’ miskin, Muscat se joħroġ ta’ mażetta jekk iħalli li l-monti jispiċċa taħt il-parlament. U ejja, x’pastażata. L-uniku benfiċċju hu li jekk ikun hemm bżonn xi qalziet ta’ taħt u xi video pirata pastaż m’għandekx għalfejn timxi ħafna jekk tkun parlamentari. Aħna morna biex nieħdu kumment minn Stefan Buontempo u staqsejnieh jekk hu jarax xi vantaġġi li jkun hemm il-monti ma’ sormu. Hu qal: “L-ewwel nett, mhux minnu li l-monti se jkun ma’ sormi. Jien sormi ma sibtux barra. Issa fuq is-suġġett, iva l-monti maġenb il-parlament dejjem vantaġġ. Jien personalment kollezzjonist tal-videos ta’ Snoopy u dawn insibhom biss fuq il-monti. Għalhekk il-ġudizzju tiegħi hu dak li hu. Monti ma’ sormi any day.” Ole!

M’għandekx għalfejn timxi ħafna jekk tkun parlamentari
M’għandekx għalfejn timxi ħafna jekk tkun parlamentari

More in Poodle