Il-poodle

Stagno Navarra rnexxielu jaħtaf l-għadma... Qas hu kiesaħ Ian Borg! Ma' min qed ikun Dottor Busuttil? Ma' xi ġurnalista smajt jien! U xi ngħidu fuq Edward Scicluna

Il-Stagno Navarra

Tiġix tgħidli dan Muscat jaf jagħlaq ħalq dak li jkun. Mela l-ewwel jappunta lil Lou Bondi fuq dak il-kumitat issa smajt li se jappunta lil Karl Stagno Navarra xi konsulent fuq xi ħaġa tal-Italja. Taf x’naf? Ħa nibda nigdem kull min jiġi quddiemi forsi dan Muscat itini biċċa għadma. Jekk jibqa’ sejjer hekk nistenna li dik Defni jagħtiha xi ħaġa wkoll. U mhux billi tgħid li tobgħod il-Lejber. Mid-dehra kulħadd iħobb il-flus.

Ian Borg mhux kiesaħ

Mhux kiesaħ Ian Borg, kieku kien kiesaħ kienet tikbirlu rasu. U rasu ma tidhirx li kibret. Minkejja l-fatt li din il-ġimgħa rajtu jitgħajjar u jitnejjek hekk kif deher Tonio Fenech fil-parlament. “Issa ġej idaħħaq,” beda jgħajjat fil-kuritur u miegħu jidħku u jitpaxxew Chris Cardona u l-bella compania. Ħeqq, mhux rasu kbira Ian Borg qaluli, rasu kibret wisq. U jien ta’ kelb li jien għidt, ħeqq, meta tkun żgħir u tispiċċa tispara ’l fuq hekk jiġrilek.

Prosit tassew

Jien kelb imma ismi mhux Bruce. Kieku kien Bruce kien ikun eżatt bħal dak il-miskin kanvasser ta’ Simon Busuttil. Imma apparti li jien kelb, jiena raġel fuq l-irġiel għax dak li hu veru ngħidlu veru u dak li mhux veru ngħidlu mhux veru. Għalhekk ħadt pjaċir meta smajt li Dottor Busuttil qed ikun ma’ sinjorina ħelwa u simpatika. Hekk sew, u jekk smajt sew smajt ukoll li hija bħali ġurnalista. Jien minn hawn nixtieq lil kulħadd paċi u sliem. U naqbel affarijiet bħal dawn ma għandhomx jiġi diskussi u wisq aktar miktuba. Wuuf.

Wirdien u Kafè

Iva mela fil-parlament vera ma jikbrux fjuri imma ħa ngħidlek hemm wirdien kemm trid. Jien ma nibżax mill-wirdien imma dak Noel Grima tant jibża’ li kważi qabeż fuqi u għannaqni – Jaqq. U mhux hekk biss kien hemm magna tal-kafè u ħaqq dik, l-ispeaker għażel li jneħħi l-magna tal-kafè. U dan l-ispeaker ma għandux x’jagħmel jew?!

Il-warrani ta’ Jason u David Agius

Mela jien u nistenna għall-konferenza stampa, l-onorevoli Jason Azzopardi, l-iktar deputat antipatiku wara Stephen Spiteri kien pastaż biżżejjed biex ipoġġi bil-warrani ma’ ħalqi.  Jiena minn hawn nixtieq nuri d-diżapprovazzjoni tiegħi għal dan l-aġir xejn dekoruż. U mbagħad għax ħadt ritratt, ġie dak l-għaġeb u plaġjarista David Agius u beda jgħajjat: “Uru rispett għad-deputati tagħna tiħdux ritratti.” Ukoll!

Premju poodle: Mark Anthony Falzon u l-pogrom

Mela dan li huwa antropoloġista mistagħġeb kemm gerger u ħareġ vomtu meta neħħewh mill-Ornis Committee. Jien lil Falzon niftakru meta kien jagħmel programm fuq ir-radju tal-Università. Kien ikolli bżonn nieqaf nirremetti tant kien iqallagħli l-istonku. Kemm hu kiesaħ.

Issa Muscat għamlu ċermen tal-Ornis u ovvjament issa mhux biss bela’ kliemu imma sar jara kollox l-istess. Ehh u ħareġ ukoll Lino Farrugia l-bello tal-kaċċaturi jfaħħru u ħoll xagħrek u ġib iż-żejt il-Partit Nazzjonalista. Lil Mark Anthony ngħidulu kompli xbin u issa nistennew li fl-opinjoni li jmiss tas-Sunday Tajms jieħu lura dak li ddeskriva dakinhar bħala l-pogrom wara l-elezzjoni għax miskin neħħewh. Lil Mark Anthony intuh il-premju tal-ġimgħa tal-poodle talli jaħseb li d-dinja ddur madwaru.

Proposta għal Edward Scicluna 

Għal Scicluna għandi messaġġ wieħed. Nhar it-Tnejn mur dritt Kastilja u offri lil Prim Ministru r-riżenja tiegħek. Fl-ittra ta’ riżenja għid ċar u tond li din id-deċiżjoni qed teħodha għax m’intix kapaċi taqra l-baġit, li meta tidher fuq it-televixin kulħadd jaqliblu fuq stazzjon ieħor u li meta titkellem ma jifhmek ħadd.  Got it Dward?

Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mobajl. Ibgħat lil [email protected]

More in Poodle