Il-poodle

Il-passaport tad-deheb... u tgħidx kemm tawni gost Angelo Micallef u Edward Torpiano fil-Kunsill Ġenerali tal-PN. U smajna li l-PN se jkollhom uffiċċju għall-assigurazzjoni.

Passaport tad-deheb

Jekk ikollok passaport tad-deheb u tkun fuq is-sittin għandek ċertu vantaġġi. L-ewwel waħda hi karta anzjan. Eħħ, kemm ser jiffrankaw fuq il-vapur ta’ Għawdex, fuq it-trasport pubbliku u anke fil-kju tal-bank dawn tal-passaport tad-deheb. Hekk sewwa u xieraq.

Angelo u Torpiano

Kemm ħadt pjaċir nara l-kontribut intelletwali ta’ Angelo Micallef u Edward Torpiano fil-kunsill ġenerali tal-PN. Iva ħija, imma jien nissuġerixxi li darb’oħra l-partit jagħmel kunsill separat għal min m’għandux jagħmel u jgħid il-ħmerijiet.

Assigurazzjoni PN

Smajna li l-PN se jkollhom uffiċċju għall-assigurazzjoni. Jien naqbel. Għax hemm ħafna klieb fil-PN li mhux inxurjati. Il-ħlewwa ta’ din kollha hi li hemm ħafna klieb fil-PN li m’għandhomx minn fejn iħallsu.

Sexy Lola

PBO jew Pawlu li kien segretarju ġenerali tal-PN tkaża għax kien hemm waħda li tkellmet fuq il-programm Xarabank. Ara dan Pawlu ma jistħix. Naħseb mhux aħjar imur jistaħba minn kulħadd wara l-froġa li għamel fl-aħħar elezzjoni.

Marlene, Marlene

Mela Marlene qed tagħmel daqsxejn storbju kontra l-partit tagħha. Hekk sew, double trouble minn Marlene. Aħjar toqgħod attent għax smajt li ta’ Kastilja mhux qed jieħdu pjaċir. Jien naħseb li bħal ma darba kienet Nazzjonalista tista’ forsi tikkunsidra terġa’ lura minn fejn kienet. U hemmhekk żgur issib is-serħan tal-moħħ mal-ħabib tagħha Norman Vella.

Silvio tas-South

Ara vera ħadt nota tal-fatt li Silvio se jieħu s-South. Verament għażla tajba, bħal Silvio ma hawn ħadd. Infatti kull darba li nipprova nattribwixxi aġġettivi bħal intelliġenti, istruwit, kapaċi, intelletwali u bravu nispiċċa niżbel. Ieħor li jippretendiha li hu xi ħaġa.

Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mobajl. Ibgħat lil [email protected]

More in Poodle