Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Il-poodle

Karol qisu se ddejqu r-riħa tal-baqar! U vera qed nimmisja r-remettar tas-saħħara tal-Bidnija... Ara Edward Zammit Lewis kemm iddandan il-Gudja u x'inhu jagħmel Pawlu Bugeja tal-MHRA?

Staff Reporter / 8 ta' Lulju 2014 12:23
In-nobbli fil-Gudja

Ikla man-nobbiltà fil-Gudja
Eħħ, kemm kienet tajba l-ikla ġol-Gudja! Hemmhekk rajt lil Joseph Muscat u l-martu, u l-Edward Zammit Lewis u l-mara wkoll, ġo dik il-villa villun man-nobbiltà. Hekk għandu jkun New Labour, New Ways. Insomma kemm ħadu pjaċir jieklu bil-fidda! U kemm hu sabiħ il-ġnien hux?!

Pawlu, Pawlu

Pawlu Bugeja
Pawlu Bugeja m’għadux mal-MHRA issa sar tal-MTA! Tajba! Issa, il-persuna li kien imexxi l-finanzi għal Pisanijiet u tal-Corinthia issa se jmexxi l-MTA. Jogħġobni Pawlu, għax jaf xi jrid il-Gvern u x’iridu dawn l-anġli li jmexxu l-lukandi f’Malta u dejjem ħasbu in the better good. Olè. 

Ir-riħa skont Karol

Karol Aquilina
Kemm ħadt pjaċir nara t-tweet ta’ Karol Aquilina dak li kieku seta’, kien ikun l-ikbar ħabib ta’ Rikkardu Kakku Caruana. Xi xahar ilu qal li ġos-Siġġiewi hemm riħa tinten ta’ ĦARA tal-baqar. Iva ħara, għax ma tafx int, l-elite tas-Siġġiewi ma jħobbux the smell of koko. Jien taf x’naf?! Jien domt 25 sena nxomm ir-riħa tinten tal-amministrazzjoni u ħadd ma qal xejn!

I miss the witch

Ir-reġina tar-remettar
Kemm nimmissja l-ġenn tar-reġina tar-remettar! Dik li meta tpoġġi fuq siġġu l-ġnub tal-warrani jaqbżu ’l barra. Jiena nimmissja l-fatt li l-ħdura tagħha m’għandhiex limiti u li tibqa’ l-iktar persuna kattiva u ipokrita li tista’ timmaġina. U tiġi tgħidli, li kieku din qiegħda l-Ingilterra tiġi mressqa bħala l-persuna li xxerred il-hate speech, u bħal Mullah tiġi eżiljata mill-pajjiż! Ormai ma nafx min ikun jixtieq jospitaha! Forsi fil-Ħaiti fejn jiddilettaw bis-sħaħar, she is welcome!

Jekk tisma’ xi ħaġa interessanti għidhieli. Jekk tilmaħ lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat imejl fuq [email protected]

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook