Il-poodle

Shylock kiser il-paċi pubblika, Francis Vassallo ried apoloġija, Martin Galea qaddis miexi fl-art u Gavin Gulia m'hawnx bħalu!

Il-pastaż Shylock
Kemm huma psataż tal-Merchant of Venice! Ma ħallewx il-mistiedna tal-President ta’ Malta jieħdu drink bil-kwiet fil-ġonna ta’ San Anton. Waqt li kien qed jitkellem Shylock il-pastaż, beda jgħolli leħnu u jfixkel id-diskors intelletwali u profond tal-mistiedna tal-President. Safrattant kien hemm ukoll wejter li tani kumment on the record u qal: “Tal-mistħija li tal-Merchant of Venice jorganizzaw attività meta aħna nkunu qed inservu, tal-mistħija!” Infatti minn hawn nixtiequ nuru solidarjetà ma’ min ma setax jikkonċentra fuq id-drinks , waqt li kien qed jomgħod il-pastizz tal-ħaxu u kellu jisma’ l-qrid ta’ Shakespeare.

Nitlob maħfra, please Fra Francis
Minn hawn ikolli bilfors niskuża ruħi lil Francis Vassallo eks Gvernatur tal-Bank Ċentrali u sinjur kif nafuh. Għalkemm ikkonferma li sar Fra u ħaddan il-povertà, kastità u ubbidjenza, qalilna li l-kummenti tagħna kienu baxxi u malafamanti. Jien ippruvajt nispjega l-editur li jien satirist, jiġifieri ngħid l-affarijiet b’mod satiriku. L-editur spjegali li mhux kulħadd l-istess, hawn min hu tond, kwadru, twil, qasir, mażun, mhux mażun, straight, mgħawweġ eċċ. Qalli wkoll li ma nistax ninfexx fil-patata fil-kolonni tiegħi. Jien minn qalbi nixtieq lil Fra Francis Vassallo li jaħfirli fl-ispirtu Kattoliku. Suġġeriment jew inkella talba tiegħu kienet, li nagħtu €100 lil Hospice Movement, l-editur infurmani li hu jagħti reklami b’xejn lil Hospice li jiswew b’iktar minn €100. Olè.

L-ittorturat Martin Galea
Mela, jekk kien hemm stilla din il-ġimgħa kien Martin Galea, il-persuna li ġie maħtuf u illiberat minn taħt idejn dawk il-maħmuġin li qabduh. Iżda stenna, issa qed nisma’ li mhux vera kienu krudili u maħmuġin, imma li żammew lil Martin Galea kkarċerat kienu ħbieb. Isma’ dan Martin vera martri. Iva martri! Mela mhux krudeltà, li dejjem skontu, meta intervistat fil-gazzetta ta’ Pierinu tal-Pastizzi qal: “They made me wash the plates.”! Ara vera dan każ ta’ tortura li Martin għandu verament għalfejn jibki quddiem il-kameras tal-ġurnalisti! Ikolli ngħid ukoll li Martin Galea għandu minn Padre Pio, għax wara li qal li sawwat lilu nnifsu l-esperti mediċi kkonkludew li m’hemmx ġrieħi. Jiġifieri mhux biss Martin Galea kien ittorturat imma issa hemm ukoll każ li huwa qaddis miexi fl-art u l-feriti tiegħu jisparixxu.

Għalfejn Gavin Gulia is the best man!
Jiena naħseb anzi mhux naħseb biss, li Gavin Gulia, l-eks Ministru tat-Turiżmu u bħalissa ċermen tal-MTA bil-paga miżera ta’ €18,000, huwa l-aħjar persuna u l-aħjar kandidat ideali għall-post ta’ Chief Executive tal-MTA, u dan għaliex hu għandu r-rekwiżiti kollha għal dan ix-xogħol. Fuq kollox, hu l-aħjar bniedem for the job għax 
1) jaf jaħdem f’tim u tim-plejer 
2) ma jafx jgħir 
3) ma jħobbx in-nejk 
4) ħabrieki 
5) jifhem fis-suġġett 
6) maħbub mill-ministru 
7) m’għandux nejk 
Huma fuq dawn li Zammit Lewis qed jikkunsidra bis-serjetà li jdur fuq Gavin u b’vuċi soda u mimlija tensjoni u bżieq jgħidlu: “GAVIN, trid toqgħod CEO minflok sieħbek li ma kontx tkellem, il-Formosa Gauci?” Mistenni li għal din it-talba, Gavin jaqa’ mal-art b’ħass ħażin u jgħid “IVA, IVA.”

Il-Poodle isejjaħ... jekk tisma' xi ħaġa interessanti ejja għidhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt fuq [email protected]

More in Poodle