Il-poodle

X'qed jagħmel Austin Sammut? Pawlu qed jitkaża u l-President ta' qabel bla pediment.

Austin raġel mhux karozza

Austin Sammut
Austin Sammut

Austin Sammut eks ċermen Tal-Posta Ltd u tal-PBS huwa wieħed minn dawk il-persuni li meta jitkellem u meta jikteb ikun bniedem differenti. Meta kien ċermen Tal-Posta Ltd u tal-PBS kien ukoll persuna differenti. Kien infatti diżastru komplet, tant li Austin Gatt, il-ħelu ministru, kien tah daqqa ta’ sieq ’il barra. Dottor Sammut fil-gazzetta Indipendenti vvomta mhux ftit fuq il-ħatra ta’ Wenzu Mintoff. Allaħares neħduh bis-serjetà imma jekk neħduh bis-serjetà jkollna niftakru li Austin Sammut ipoġġi l-preġudizzju politiku tiegħu qabel is-sens komun. Ovvjament fl-1989 meta Wenzu Mintoff ġie mkeċċi mill-Partit Laburista kellu kliem ta’ tifħir għal Mintoff. Eħħ, dakinhar kien… ejja nkun daqxejn kattiv sobreju. Sobreju ovvjament hija kelma kerha għal Austin li huwa dilettant kbir tal-ilma ġieri!!

Pawlu l-werżieq

Paul Borg Olivier
Paul Borg Olivier

Pawlu Borg Olivier l-eks Segretarju Ġenerali tal-PN ukoll bħal Austin is-Sammut tkaża għax għamlu lil Wenzu Mintoff imħallef. Tkaża fuq li tkaża u qal li hu mhux se jaċċetta li jkollu kawżi quddiem l-Imħallef Mintoff. Issa bħas-soltu jien naħseb li Pawlu għandu dritt jgħid li jrid. Imma ma jaħsibx, wara li ħalla balbuljata kbira fil-partit Nazzjonalista, għandu jagħlaq dak il-ħalq il-kbir li għandu. U għalfejn ma jaqbadx u jagħmel bħal dawk il-politiċi Koreani li wara li jagħmlu qassata jaħarbu ġo xi monasteru u ma jidhrux quddiem in-nies? U biex ngħalqu, meta jgħid li ma jridx jidher bil-kawżi tiegħu. Jimporta nistaqsi, għandu kawżi? Għandu klijienti?

El Presidente ta’ qabel

George Abela
George Abela

U x’inhi din li Ġorġ Abela ma jridx jieħu sehem f’xi inizjattivi tal-President Marie Louise Coleiro Preca. Dawn x’affarijiet huma? U bejnietna mistgħaġbin kif kien imexxi l-President ta’ qabel. Ma nafx imma mhux kollox ward u żahar. Qisu hemm tendenza li kull Presidenza jkollha xi ħaġa stramba. Fi żmien Gwido kien hemm l-enfasi fuq il-purtieri u ma kienx jonqos l-attenzjoni ħelwa tal-familja u fi żmien Abela, eħħ ħafna xinxilli u bżieżaq imma pediment xejn. Olè!

Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl fuq [email protected]

More in Poodle