2 ta' Frar 2014

Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil [email protected]

Kenneth tagħna

Min hu Kenneth Mifsud Bonnici?  Eħħ dan hu avukat li jaħdem mal-Kummissjoni Ewropea, u mistagħġeb kemm iħobb il-gvern preżenti ta’ Malta. Hekk sew, l-ewwel rispett għandu jinżamm għall-Kummissjoni Ewropea, dawk il-qabda psataż li għażlu li jaqbdu ma’ Malta iżda mhux ma pajjiżi oħra li wkoll għandhom skema taċ-ċittadinanza.

Il-Pierinu 

Jekk ma tafux lil Kenneth Mifsud Bonnici, mela żgur tafu lil Pierinu Portelli li kien ma’ Metsola. Pierinu mistagħġeb kemm ħa pjaċir bl-isforzi tas-servizzi legali tal-Kummissjoni u mistagħġeb kemm deher eċċitat hekk kif sema’ ‘what a hard time’ kienu qed jagħtu lil Malta. Lil Metsola ngħidulha taf tagħżilhom l-irġiel b’sormhom kbir.

Il-coconut jagħlaq żmienu

Dak il-kbir o kbir, mhux fit-tul iżda fid-daqs, is-sinjur Farrugia mhux se jkun xogħol illum għax għalaq żmienu. Ikollna ngħidu li l-kejk tal-anniversarju tiegħu ser ikun fil-forma li ma nistgħux nsemmu f’din il-kolonna. Forma li tirrappreżenta kif inbiddlet ħajtu minn mindu spiċċa l-loudspeaker tal-Prim.

Il-Gulia

Kemm ħa għalih Gavino Gulia għax kxift li kont miegħu s-Slovakja. Ma nafx għalfejn, dan kollu għax ippruvaw iwaqqgħuh għaż-żuffjett quddiem il-bord tal-MTA. U dan wara li l-bord ħareġ bi ħġaru wara Formosa Gauci. Jiena nsostni li mhux veru li jrid il-post ta’ Formosa Gauci. Għarukaża. Gavino dejjem kuntent b’ li għandu.

Sandrinu ż-żattat

Kemm għamel pressjoni Sandrino Chetcuti, El Presidente ta’ dik l-għaqda ta’ dawk li, skużi l-espressjoni, ifottu lil Malta u ġabuha qisha landa taż-żibel. Għax dan Sandrinu bħal ma nafu għandu kamra fil-kwartieri tal-Partit Laburisti, biex iħossu importanti. Bejnietna, jekk qabel kien hemm Manwel Cuschieri jiġbor il-flus, issa għandha lil Sandrinu ż-żatat. Iva ħija! Ikolli ngħid nippreferi lil Cuschieri, tal-anqas iħobb il-partit mhux bħal Sandro, li l-ewwel li jħobb hu lilu nnifsu.

Klingrasshopper

Dak il-kap tal-MIA, dak l-Awstrijakk, li ismu jinstema qisu KLINGGRASSHOPPER mistagħġeb x’ħasla tawh minn Kastilja wara li nkixef iċ-Ċiniż. Smajt konverżazzjoni li kellu dan il-madoffi ta’ KLINGGRASSHOPPER ma’ wieħed mill-istaff tiegħu:  “Austin, woz iż żappening.  DONZ u know that IN MAIZ KUNTry we alzo àve Zitzenship.”

Qisu Farfett

Mela kont għaddej minn grawnd tal-futbol u ostrich rajt lil Stefan Buontempo jaqbeż u jogħla qishu farfett mat-tfal. “I catch it the ball,” qalilhom. U t-tfal mistagħġba kemm għajtu u qabżu.  Jiena lil Stefan inħobbu daqs kemm inħobb lil Cyrus… u ma nafx għalfejn inħobbhom it-tnejn.

Jitkaża

Jiena smajt, u ma naħsibx li qed nisma’ ħażin, li Davide Casa qed jinkwieta li ser jimmissja l-ħajja mgħaġġla u storbjuża ta’ Brussell. Madoffi qabditu ferneżija u lill-ħabib tiegħu qallu:  “Uffa, jekk ma nitlax ma nkunx nista nieħu pjaċir bħal ma nieħu pjaċir bħalissa.”  U l-ħabib tiegħu rrisponda:  “But David, I can always come down to visit you in Malta.”  U Davide rrispondih: “Ma tarax, what do you think I am?”

More in Poodle