Kemm hu bravu Fredu

Muscat u Sant fi żmienhom
Muscat u Sant fi żmienhom

Mela bħala rigal lill-kostitwenti tiegħu, l-Onorevoli Fredu Sant ta ktieb miktub minn Joseph Muscat fuq il-karattru ħelu u uniku ta’ Alfredu Sant. Iva ħbieb, ta l-ktieb ta’ Muscat miktub fl-1998 meta Muscat kien magħruf bħala l-Poodle. Ma nafx imma mill-1998 sa l-2014 inbiddlu l-affarijiet, mid-dehra għal Fredu kollox baqa’ l-istess.

Joseph il-pittur
Kont qiegħed fuq Youtube u fuq il-vidjow rajt lil Ġużepp jgħid li meta kien żgħir xtaq ikun pittur. Ommima, jien ma nafx imma nimmaġina li kieku sar pittur kien ikun pittur li jispeċjaliżża fin-nudi għax dawk kulur wieħed għandhom u ma hemmx blu u aħmar sakemm… Għax jagħtini l-impressjoni li huwa dilettant tan-nudo, bħar-raġel ta’ Helena Dalli, li jekk tidħol fl-istudio tiegħu ħlief srum u żejżiet ma tarax.

Il-u-turn ta’ Cuschieri
X’waqgħa għan-nejk, iva qed nirreferi għal Joe Cuschieri, il-bravu li għal aktar minn sentejn irrappreżentana fil-Parlament Ewropew. Cuschieri l-ewwel qal li mhux ser joħroġ għax ġie mwarrab u issa f’daqqa ddeċieda li jbiddel fehmtu. Ara ma nistax nifhem, jew Cuschieri huwa bniedem ta’ ftit fidi, jew inkella huwa balalu tal-prima klassi. Jien ikolli ngħid li għandu ħafna mit-tnejn. Li naf żgur li b’li għamel tilef ġieħu sew mal-elettorat.

L-ewwel dehra tal-President
Irrid noqgħod attent li ma noffendix jew nirredikola l-President ta’ Malta imma ma stajtx ma nnutajtx l-ewwel ritratt uffiċjali tagħha tħares lejn ix-xbiha ta’ Kristu. U Clyde Puli jidħak qishu pastizz. Bejnietna qed ikolli problemi bil-Presidenzi Maltin qishom rappreżentanti ta’ stat konfessjonali minflok stat lajk.

Libelli, libelli
Kemm hu sensittiv Stefano Mallia, bejnietna bużżieqa bħal missieru, persuna li by the way kien viċin kulħadd inkluż mal-Labour. Mallia qabad u fajjar libell kontra l-gazzetta L-Orrizont għax ħarġu storja kemm allegatament ħa flus meta kien ma’ kumpanija. Ifhmuni, forsi ta’ L-Orrizont kienu daqsxejn goffi, imma dan Mallia jrid jaċċetta li hu politiku issa. Xi kultant naħseb li hu wisq stirat bħal sieħbu Xmun.

Cyrus Engerer
Cyrus Engerer
Louis Grech
Louis Grech

Għaliex Cyrus?
Louis wiegħed li ser jagħti l-ewwel vot lil Cyrus Engerer. Louis f’kumment esklussiv qalilna b’ton effiminat: “Jien lil Cyrus inħobbu, mhux bħal ma jħobbu Randolph. U għalhekk ser nagħtih in-number one. One għax hu bħali jħobb jidher, two għax hu għażżien bħali, three għax hu Slimiż bħali. Minkejja kollox naħseb li Cyrus żgur mhux ser jitla’, one għax għaffiġha meta qabeż għal kaċċaturi u two għax mhux veru ħaqqu li jkun fil-parlament. Sa ċertu punt bħali.”

Grixti jitlob lid-Duluri
Grixti jekk ma tafux huwa devot kbir tal-Madonna. Fid-Duluri, Grixti mar jippoppa sidru jġorr u smajtu jgħid talba. “O Madonna tad-Duluri, grazzi talli ħallejt lil Varist Bartolo jkeċċini mill-ETC, kemm beka Massimo, il-ħabib tiegħi. Imma tafx o Madonna tad-Duluri, Muscat tefagħni fl-Appoġġ u hemmhekk għandi xogħol kemm trid. U sieħbi, Massimo Ellul, dak mhux veru mażun. O Madonna tad-Duluri!”

More in Poodle