Agius Saliba jiftħilha kontra programm tat-teleshopping 'qarrieqi' u li qed 'jisraq lin-nies'

L-MEP Laburista dwar programm illi fuqu l-preżentatur tinstema' tgħid illi tista' terġa tuża maskra li Agius Saliba jfakkar illi hija disposable

L-MEP Alex Agius Saliba
L-MEP Alex Agius Saliba

Il-Membru Parlametari Ewropew Alex Agius Saliba fetħilha kontra programm tat-teleshopping wara li l-persuna li kienet qed tippreżentah qalet illi maskri tista' terġa tilbishom, meta dawn huma fil-fatt huma disposable.  Agius Saliba fakkar illi din hija informazzjoni qarrieqa u kiteb lill-Awtorità tax-Xandir kif ukoll lil-MCCAA  - l-Awtorità li tipproteġi lill-Konsumatur - sabiex dan it-teleshopping, li jixxandar fuq Smash TV, jitwaqqaf b'mod immedjat. 

Iżda mhix biss l-informazzjoni skorretta li dejqet lill-Agius Saliba bil-kbir imma wkoll il-prezz tal-istess maskri. 

"Sa ftit ġimgħat ilu dawn kienu qed jinbiegħu bi ftit ċenteżmi, fil-fatt jinbiegħu f'pakketti ta' ħamsinijiet u mijiet.  Issa qed jinbiegħu minn fuq dan il-programm b'bejn €2.40 għal €3.40 kull waħda."

"Dan huwa serq fil-wiċċ" saħaq l-MEP Laburista."Mhux talli dan it-teleshopping tal-imbarazz qed jabbuża bil-prezzijiet, talli qed jipperikola ħajjet in-nies," saħaq Alex Agius Saliba. 

More in Politika