L-ewwel mewta kkawżata mill-Coronavirus f'Malta

Anzjana hija l-ewwel vittma tal-coronavirus f'pajjiżna

Il-Ministru Chris Fearne illejla waqt Konferenza tal-Aħbarijiet ħabbar l-ewwel mewt kawża tal-coronavirus f'Malta.  L-ewwel vittma hija mara ta' 92 sena minn Għawdex li kienet diġa' tbati minn problemi oħrajn ta' saħħa.

L-anzjani huma fost l-aktar gruppi vulnerabbli u li jista' jinħolqulhom kumplikazzjonijiet jekk jieħdu l-Covid-19.  Minkejja li din aħbar kerha ħafna u li qed tixxokkja ħafna lin-nies, il-Ministru tas-Saħħa ilu li wissa li minkejja kollox mewt se tkun inevitabbli, kif ġara f'prattikament kull fejn hemm l-imxija tal-virus. 

Din il-mewt qed titħabbar hekk kif dalgħodu t-total ta' persuni f'Malta bil-Covid-19 tela' għal 299 każ. 

Kemm il-Ministru Fearne kif ukoll is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalu illi din kienet l-ewwel, imma probabbilment mhux l-aħħar mewt.

B'kollox fid-dinja  - skont numri aġġornati hemm 1,485,535 persuna li ħadet dan il-virus u minn dawn, 87,291 tilfu ħajjithom.

Fearne fakkar li kull min huwa vulnerabbli jeħtieġ jibqa' d-dar u elenka l-lista ta' dawk li huma vulnerabbli u li l-Gvern diġa' ħabbar illi ma jistgħux joħorġu mid-dar, ħlief għal qadjiet ta' emerġenza.  Fost dawn hemm dawk kollha ta' 'l fuq minn 65 sena. dawk kollha li jbatu mill-kanċer, problemi tal-qalb, dijabete u aktar.

More in Politika