Tmien persuni jinjoraw il-liġi u jeħlu l-€100; Għall-ħames jum ħadd ma jinqabad jikser il-kwarantina

Saru wkoll 1,300 spezzjoni minn uffiċjali tal-MTA fuq il-ħwienet u l-ebda stabbiliment tal-ikel jew tax-xorb ma nqabad miftuħ

Tmien persuni oħra injoraw il-liġi u weħlu multa’ €100 kull wieħed wara li nqabdu f’ġemgħat ta’aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi.

Intant, għall-ħames jum, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fl-496 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa. 

Saru wkoll 1,300 spezzjoni minn uffiċjali tal-MTA fuq il-ħwienet u l-ebda stabbiliment tal-ikel jew tax-xorb ma nqabad miftuħ

L-appell huwa wkoll biex il-pubbliku ma jinġemax fi gruppi quddiem take-aways jew deliveries iżda jżomm id-distanza bejn persuna u oħra. 

Wieħed jista’ jirrapporta abbużi fuq in-numru 21692447. 

More in Politika