Ir-regoli huma l-istess għal kulħadd ... dan mhux żmien ir-razziżmu' - Rosianne Cutajar

Cutajar qalet dan waqt ċerimonja qasira li matulha fakkret l-ewwel anniversarju mill-qtil razzist ta' Lassana Cisse

Ritratt ta' Karl Schembri
Ritratt ta' Karl Schembri

Ir-regoli dwar il-coronavirus huma l-istess għal kulħadd u f’din is-sitwazzjoni ma hemm l-ebda lok għar-razziżmu. Dan qalitu s-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar hekk kif dalgħodu marret tpoġġi kuruna ta’ fjuri fuq il-post fejn kien inqatel Lassana Cisse, sena ilu.

Meta kienet qed tagħti kummenti lil MaltaToday, Cutajar tkellmet dwar kummenti razzisti li għaddew xi wħud wara li tmien residenti taċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far irriżultaw pożittiv għall-coronavirus. Ir-residenti kollha jinsabu fi kwarantina.

F’kummenit waqt din iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari saħqet li s-sena li għaddiet “rajna l-konsegwenzi qarsa tar-razziżmu li waslu għall-qtil ta’ Lassana Cisse.”

“Il-mewt tiegħu turina kemm huwa importanti li jkollna integrazzjoni propja, li fl-aħħar mill-aħħar, minnha se jgawdi kulħadd,” saħqet Cutajar waqt li appellat biex il-qtil ta’ Cisse ma jiddeffenix lin-nazzjon.

Żewġ suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta qed ikunu akkużati b’dan il-qtil razzist.

More in Politika