'Il-Gvern ma ppreparax għall-agħar fiċ-ċentru miftuħ u l-Ħabs u issa l-agħar qed jiġri'

ĊIl-PN jgħid illi l-immigranti kollha fiċ-Ċentru miftuħ għandhom isir swabbing fuqhom

Beppe Fenech Adami
Beppe Fenech Adami

Fi stqarrija il-Kelliema tal-Intern għall-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li dik tal-lejla - bl-immigranti kollha taċ-Ċentru miftuħ ta' Ħal Far kollha taħt kwarantina -  hija miżura li qed tittieħed tard wisq.

"Il-Partit Nazzjonalista għaxart'ijiem ilu wissa fuq il-periklu tat-tixrid tal-virus f'ċentri bħal dan u fil-ħabs. Il-Gvern hoped for the best iżda did not prepare for the worst issa the worst qed iseħħ," qal Fenech Adami. .

Huwa fakkar li issa hemm 1,000 persuna ġo tined u kontejners, "sitwazzjoni li ovvjamant se twassal għal iktar tixrid. Din hija riċetta għal diżastru. Il-Gvern għandu b'mod inmedjat jassigura illi mill-aktar fis isir swabbing tar-residenti kollha fiċ-ċentri miftuħa. Għandu jara kif l-iffullar f'dan iċ-ċentru jiġi indirizzat anke jekk hemm bżonn jinstabu siti ta' detenzjoni alternattivi.

More in Politika