Ħames Kunsilli Lokali jitolbu lill-Gvern jillimita l-ħin li fih jista' jsir xogħol ta' kostruzzjoni

Il-Kunsilli ta’ San Ġiljan, is-Swieqi, Tas-Sliema, Gżira u San Ġwann jingħaqu f'appell wieħed għal inqas inkonvenjent mill-kostruzzjoni f'dawn iż-żminijiet

Il-Kunsilli ta’ San Ġiljan, Swieqi, Sliema, Gzira u San Ġwann qalu li qegħdin jirċievu diversi ilmenti mingħand ir-residenti tagħhom, b’mod partikolarment mingħand anzjani, fuq l-inkonvinjent mix-xogħolijiet ta' kostruzzjoni bħalissa.  Għalhekk qed jappellaw lill-Ministru tal-Ambjent Aaron Farrugia, lill-Awtorita’ tal-Ippjanar u lill-MDA biex jitnaqqsu l-ħinijiet li fih jista’ isir ix-xogħol ta’ tħaffir, biex dan ikun bejn it-8.30 am u 1.00 pm.

"Filwaqt li l-anzjani u persuni vulnerabbli oħrajn qegħdin mitluba bil-liġi li ma joħorġux dawn l-istess persuni ma jistgħux joqgħodu l-ġurnata sħiħa f’djarhom meta hemm ħsejjes u xogħol ta’ tħaffir, skavar u kostruzzjoni propju biswit djarhom.  Hemm anzjani lanqas jistgħu jiftħu naqra t-tieqa."

"Nitolbu lill-iżviluppaturi u lis-sidien biex jagħmlu l-parti tagħhom f’dan il-mument partikolari," temmet tgħid l-istqarrija ffirmata minn Albert Buttigieg, is-Sindku ta' San Ġiljan, Anthony Chircop, is-Sindku ta' Tas-Sliema, Trevor Fenech, is-Sindku ta' San Ġwann, Noel Muscat, is-Sindku tas-Swieqi u Conard Borg Manche, is-Sindku tal-Gżira

More in Politika