'Minn meta bdiet l-imxija tal-Covd-19 it-talbiet għall-għajnuna immedjata żdiedu bil-kbir'

36 għaqda jirrikonoxxu l-miżuri li ttieħdu sa issa imma jgħidu li għad hemm eluf li qed ibatu

36 għaqda esprimew it-tħassib tagħhom għan-numru dejjem jiżdied ta' talbiet minn persuni li m'għandhomx biżżejjed ikel għalihom u għall-familji tagħhom u li waslu biex jitkeċċew minn djarhom għax ma jifilħux iħallsu l-kera.  "Ħafna kienu f'riskju ta' faqar qabel ma bdiet tinxtered il-Covid-19, imma issa n-numru ta' dawk li jeħtieġu assistenza immedjata qed jiżdiedu bil-kbir."

L-għaqdiet fakkru illi hekk kif ħafna qed ikollhom tnaqqis fil-paga jew saħansitra qed jitilfu x-xogħol, l-abilità li jixtru l-bażiku qed ikun mhedded.  Filwaqt li jammettu li hemm min se jingħata għajununa, "eluf oħrajn mhux se jkunu kapaċi jirċievuha, għax ma jafux biha jew għax mhux eliġibbli ... iktar inkwetanti huwa li jidher illi m'hawnx biżżejjed għajnuna biex jintlaħaq kulħadd."

Ifakkru li l-għaqdiet mhux governattivi qed jagħtu l-għajnuna f'diversi oqsma fosthom fil-kura tat-tfal, fis-saħħa mentali, f'għajnuna lill-immigranti u refuġjati, lill-vittmi ta' vjolenza domestika u ħafna oħrajn.

Filwaqt li jikkritikaw in-nuqaas ta' informazzjoni li qed tingħata l-għaqdiet għalhekk jappellaw lill-Gvern biex jimplimenta inizzjattivi ta' emerġenza fl-ikel u l-kenn, mal-inizjattivi diġa' eżistenti għal dawk li ma jistgħux jipprovdu ikel għalihom infushom jew li ma jistgħux iħallsu kirjiet. 

L-għaqdiet li ffirmaw din l-istqarrija huma: 

  •   aditus foundation
  •   African Media Association Malta
  •   Alleanza kontra l-Faqar
  •  Allied Rainbow Communities
  •  Anti-Poverty Forum - Malta
  • Blue Door English
  • The Critical Institute
  • Cross Culture International Foundation.
  • Department of Inclusion and access to learning - Faculty of Education, University of Malta
  • Department of Youth & Community Studies - Faculty for Social Wellbeing, University of Malta
  • Faculty of Education - University of Malta
  • Foodbank Lifeline Foundation
  • Foundation for Shelter and Support to Migrants
  • Integra Foundation
  • Isles of the Left
  • Jesuit Refugee Service (Malta)
  • Kopin
  • Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ
  • LGBTI+ Gozo

More in Politika