Coronavirus | X'għandek tagħmel bix-xirja? Charmaine Gauci tispjega

Fakkret li l-Covid-19 huwa virus li jgħix fil-bniedem u meta joħroġ fuq oġġetti oħrajn idum "ħaj" bejn 24 u 72 siegħa

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci, meta kienet qed twieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti, spjegat dak li għandha tagħmel persuna li tkun għadha kemm għamlet xirja, inkluż tal-ikel.

Fakkret li l-Covid-19 huwa virus li jgħix fil-bniedem u meta joħroġ fuq oġġetti oħrajn idum "ħaj" bejn 24 u 72 siegħa.

Għalhekk, anke biex persuna sserraħ rasha u tnaqqas ir-riskju, Charmaine Gauci appellat biex dawk in-nies li jagħmlu x-xirja tagħhom għandhom żewġ għażliet:

  • Jew iħalluha fil-ġenb (oġġetti li jmorrux) u jdaħħluha fil-kċina wara tlett ijiem; jew
  • jimsħu l-prodotti kollha qabel idaħluhom f'posthom.

Propju għalhekk li għal diversi drabi matul dawn il-ġimgħar, Charmaine Gauci saħqet li l-ilbies tal-ingwanti mhuwiex biżżejjed u jista' jagħti self falz ta' sigurtà.

Jekk persuna tkun bl-ingwanti, tmiss xi mkien, bħal xi wiċċ tal-mejda, fejn poġġa l-virus u mbagħad tmiss wiċċha, hemm riskju li tittieħed.

Għalhekk, importanti li persuna ma tmiss wiċċha u taħsel idejha ta' spiss u anke l-uċuh tal-affarijiet, b'mod partikolari dawk l-uċuh, bħal dawk ta' mwejjed, li jkunu viċin persuni pożittivi għall-coronavirus.

Aqra wkoll:

Tmien pazjenti oħra bil-coronavirus; Tliet persuni marru x-xogħol bis-sintomi

More in Politika