'Filwaqt li kulħadd qed jintalab jibqa' d-dar, il-Gvern se jippermetti l-eluf imorru għall-kaċċa'

10 għaqdiet ambjentali jappoġġjaw lil Birdlife fit-talba tagħha biex il-kaċċa din ir-rebbiegħa ma tiftaħx

Total ta' 10 għaqdiet non governattivi fl-oqsma tal-ambjent u l-kultura lkoll qed jappoġġjaw lil Birdlife fl-appell tagħha lill-Gvern biex l-istaġun tal-kaċċa ta' din ir-Rebbiegħa ma jinfetaħx hekk kif se jaħbat f'nofs il-kriżi tal-coronavirus.  "Hekk kif is-soċjetà kollha qed tintalab tibqa' ġewwa ħlief għal każijiet ta' eċċezzjoni, hija inkredibbli illi l-Gvern se jħalli eluf ta' kaċċaturi jmorru jikkaċċjaw."

L-istqarrija iffirmata minn 10 organizzazzjonijiet tgħid illi li l-kaċċa fir-Rebbiegħa diġa' hija insostenibbli u "bin-nuqqas ta' riżorsi biex deroga bħal din taħdem, din se tfisser massakru ta' għasafar protetti."

Huma appellaw lill-PM Robert Abela biex jiftakar li l-pajjiż huwa ta' kulħadd, mhux ta' grupp wieħed b'interessi partikolari "li l-ħin kollu jiġu privileġġjati."

L-għaqdiet li qed jappoġġjaw din l-istqarrija huma: Nature Trust-FEE Malta, Friends of the Earth Malta,  Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA),  Greenhouse Malta, Moviment Graffitti, Bicycle Advocacy Group, Din l-Art Ħelwa, Futur Ambjent Wieħed,  Animal Liberation Malta u  Ramblers’ Assocation of Malta

 

More in Politika