Il-Lidl ta' Ħal Safi jingħalaq temporanjament wara li ħaddiem irriżulta pożittiv għall-coronavirus

Skont informazzjoni li qed tixxandar fuq l-istazzjon nazzjonali, il-Professur Charmaine Gauci saħqet li r-riskju għall-klijenti huwa baxx

L-istabbiliment tal-Lidl ta’ Ħal Safi jinsab magħluq temporanjament wara li wieħed mill-impjegati rriżulta pożittiv għall-coronavirus.

F’kummenti waqt Bonġu Kafè, li jixxandar fuq Radju Malta, Charmaine Gauci qalet li r-riskju li xi klijenti ħadu l-Coronavirus huwa wieħed baxx ħafna, anke għax l-istess impjegat ma jkollux kuntatt dirett magħhom.

Madanakollu, il-Professur Gauci xorta waħda appellat lil dawk kollha li xtraw mill-istabbiliment bejn is-26 u t-30 ta’ Marzu biex jagħmlu monitoraġġ tagħhom u jekk ikollhom xi sintomi komuni, bħal nuqqas ta’ xamm u togħma, sogħla, deni u qtugħ ta’ nifs iċemplu fuq 111.

L-istabbiliment ingħalaw minnufih u jerġa’ jinfetaħ biss meta d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jaċċerta ruħu li m’għadx hemm periklu.

More in Politika