Minn għada se jorħos il-prezz taċ-ċilindri tal-gass

Se jkun hemm traħħis ta’ €1 għal ċilindri ta’ 12kg u ta' €2.05 għaċ-ċilindri tal-25kg

Minn għada se jkun qed jorħos il-prezz tal-gass biex hekk  se jkun hemm traħħis ta’ €1 għal ċilindri ta’ 12kg fejn minn €16 issa se jiġu jiswew €15.

Iċ-ċilindri tal-25kg se jkunu qed jorħsu b’ €2.05 biex minn €33.30 il-prezz minn għada se jkollu prezz ta’ €31.25.

"Dan it-traħħis ġie fi żmien fejn il-ħaddiema qed jirċievu anke għajnuna oħra mill-Gvern sabiex ikunu ssalvagwardjati l-impjiegi tagħhom b’rabta mal-imxija tal-Covid-19. Il-Gvern se jibqa’ kommess li jgħin b’kull mod lill-familji Maltin u Għawdxin," saħaq il-Ministeru responsabbli għall-enerġija.

More in Politika